Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Childcare ieħor ġdid b'xejn f'Santa Venera fl-iskema tal-gvern

iċ-ċentru ser ikun miftuh sas-7.30pm sabiex jigu akkomodati dawk il-ġenituri kollha li jaħdmu sas-7pm.

John Busuttil / 14 t'Awwissu 2015 20:37
Id-domanda għal Child Cares f’Malta qegħda tiżdied. Il-ġenituri dejjem lesti li jinvestu fl-aqwa edukazzjoni għal uliedhom u jagħżlu l-aħjar għat-tfal tagħhom.

La Bacchetta Magica Child Care Centre Malta, huwa ċentru ġdid li ser jiftaħ il-bibien tiegħu fit-28 ta’ Settembru  li gej ġewwa St Venera fejn joffri l-aqwa servizz ta’ child care għal tfal bejn tlett xhur u tlett snin.  Iċ-ċentru huwa armat bl -isbaħ għamara għat-tfal f’dinja ta’ kuluri u fantażija maġika liema bħala li huma fattur importanti ħafna għat-tfal ta’ dawn l-etajiet.

Ħafna ġenituri diġà għarfu l-importanza ta’ l-early childhood eduction li skond ħafna studji tagħti vantaġġ kbir lit-tfal qabel ma jibdew l-iskola obbligatorja.

La Bacchetta Magica Child Care Centre Malta, barra li ser toffri l-aqwa servizz ta’ edukazzjoni ser toffri ukoll serħan tal-moħħ lill-ġenituri. Il-prijorita ta’ ċentru bħal dan hu li jassikuraw lill-ġenituri li, waqt li huma qed jaħdmu biex jipprovdu għal uliedhom, uliedhom qed jitgħallmu, jedukaw ruħhom u jiġu mħarsa f’atmosfera professjonali mimlija mħabba u serenità.

It-tfal minn età daqshekk bikrija jitgħallmu ħafna u jiżvillupaw is-sensi tagħhom waqt li jkunu qegħdin jilgħabu u jissoċjalizzaw ma’ tfal ta’ tamparhom. Il-ħaddiema ġewwa dan iċ-ċentru huma nies professjonali fejn jafu jgħarfu l-karattru ta’ kull tifel u tifla li jkollhom biex joħorġu l-aqwa potenzjal possibli.

Aspett importanti ħafna ġo dan iċ-ċentru hu li huwa kbir u mqassam b’tali mod li t-tfal ma jkunux maqsumin ġo klassijiet li forsi mdorrijin naraw. L-ispazji provduti f’dan iċ-ċentru huma mqassma apposta sabiex il-membri żgħar tagħna jħossuhom iktar liberi biex jesperimentaw u jiksbu l-aħjar esperjenzi tagħhom mit-tagħlim. Tagħlim li se jkun provdut lilhom f’forma ta’ logħob b’apparat addatat u modern.

Wara rispons qawwi li kien hemm, ic-centru ser ikun miftuh sas-7.30pm sabiex jigu akkomodati dawk il-genituri kollha li jahdmu sas-7pm.

Aktar dettalji dwar La Bacchetta Magica Child Care Centre Malta jistghu jinkisbu minn fuq il-pagna ta’ facebook ‘La Baccehtta Magica Malta’, jew fuq 7980 4769 / 7921 4123.

La Bacchetta Magica Child Care Centre Malta tifforma parti mill-iskema tal-gvern għal servizz ta child care bxejn.

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook