Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Banif Bank b'benefiċcji u rati kompettittivi fuq is-self għax-xiri ta' karozzi

Rata ta' imgħax ta' 5% fis-sena għal dawk li jridu jixtru karozza ġdida jew użata

Staff Reporter / 23 ta' Ġunju 2015 13:09
Banif Bank ta dehra ġdida lill-prodott tal-Car Loan b’enfasi fuq il-kunċett ‘It’s all about the journey!’ B’firxa ta’ benefiċċji u rati ferm kompetittivi, il-Car Loan tagħmel parti mill-linja ta’ prodotti ta’ ‘Self Personali b’Sigurtà’, li joffru diversi soluzjonijiet ta’ finanzjar bil-benefiċċju ta’ protezzjoni.

Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, tant inkunu moħħna fuq fejn irridu naslu li nafu nitilfu l-affarijiet żgħar li jagħmlu l-vjaġġ sabiħ. L-importanza mhix biss id-destinazzjoni, iżda fuq il-vjaġġ sakemm tasal u ma min tgawdiha – din l-idea hi l-qofol tal-kunċett ‘It’s all about the journey!’, evidenti fl-użu ta’ materjal viżwali vibranti u l-isfond ta’ ambjent Malti. Il-Bank ikkollabora ukoll mal-grupp lokali u żgħażugħ The New Victorians, billi ntużat diska mill-album il-ġdid tagħhom fir-reklam tat-televiżjoni.

Il-Car Loan ta’ Banif Bank toffri rata ta’ imgħax ta’ 5% fis-sena għal dawk li jixtiequ jixtru karozza ġdida jew użata. Klijenti jistu’ jisselfu sa 100% tal-valur tal-karozza, sakemm dan ma jaqbiżx it-€30,000, u jgawdu minn pagamenti fix-xahar iżgħar fuq perjodu ta’ 8 snin. Jistgħu wkoll jagħmlu pagamenti żejda biex iħallsu s-self qabel, mingħajr ma jeħlu multi.

Flimkien ma’ prodotti oħra ta’ ‘Self Personali bi Protezzjoni’’, il-Car Loan tinkludi polza tal-assikurazzjoni maħruġa f’isem il-Bank, li tipproteġi lill-klijenti u l-familji tagħhom f każ ta’ inċidenti mhux mistennija bħal mewt, diżabilità temporanja jew permanenti, jew jekk jispiċċaw mingħajr xogħol.

“Nemmnu li l-benefiċċju tal-assikurazzjoni fil-prodotti ta’ self tagħna toffri xi ħaġa differenti minn dak li qed joffri s-suq,” qal Dirk Spiteri Lucas, Kap tal-Business Strategy Unit ta’ Banif Bank. “Biha, wieħed jista’ jgawdi l-vjaġġ mingħajr inkwiet fuq l-istil tal-ħajja li wieħed għandu f’każ ta’ inċidenti mhux mistennija. Dan il-vantaġġ, flimkien mar-rati kompetittivi u d-diversi soluzjonijiet tal-finanzjar li noffru, ifisser li hi afaċli tixtri l-karozza li tixtieq.”

Għal aktar tagħrif, inkluż it-termini u kundizzjonijiet, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Bank www.banif.com.mt, iċempel lill-Customer Care fuq 2260 1000 jew iżur waħda mill-fergħat tal-Banif.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook