Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Miljun ewro x'jintrebħu waqt l-MFCC Trade Fair flimkien ma' ROCS Group

MFCC Maltatrade Fair qatt ma tieqaf tissorprendi

Staff Reporter / 15 ta' Ġunju 2015 16:22
Tixtieq li tkun milljunarju? €1,000,000 fi flus kontanti jistgħu jintrebħu fl-MFCC Malta Trade Fair ta’ din is-sena li ser ssir ġewwa l-MFCC Ta’ Qali bejn il-25 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju, 2015.

Dan l-avveniment jista’ jiġi meqjus bħala l-uniku fil-qasam tal-fieri u esibizzjonijiet f’dan il-pajjiż. Dis is-sena l-MFCC flimkien ma’ ROCS Group se jkun qed tagħti l-possibbiltà lir-rebbieħ xxurtjat joħroġ mill-fiera bħala milljunarju. Il-parteċipazzjoni se tkun faċli. Kull min jattendi l-fiera se jkun mitlub jaqta' 7 numri, iwieġeb mistoqsija sempliċi u jiġi biċ-ċans li jirbaħ xejn inqas minn miljun Euro.

Wieħed jista' joħlom u jgħid, "X’nista' nagħmel b'€1,000,000?"

Il-possibilitajiet huma infiniti, u dan kollu jiddependi mill-gosti tal-individwu. Madankollu, xi wħud mill-ideat jistgħu jkunu xi karozza sportiva bħal Ferrari, villa estravaganti, xi dgħajsa lussuża jew xi vjaġġ madwar id-dinja. Wieħed jista' wkoll jagħżel li sempliċiment jinvesti dawn il-flus sabiex ikollu serħan il-moħħ għal bosta snin.

Fuljett dedikat se jitqassam f'kull dar fil-jiem li ġejjin f'Malta u Għawdex. Il-parteċipazzjoni se tkun pjuttost sempliċi. Għandha timtela formola ta’ parteċipazzjoni li tinsab fl-istess fuljett u tinġab. L-MFCC Malta Trade Fair ġewwa Ta’ Qali bejn il-25 ta’ Ġunju u l-5 ta' Lulju.

Kull persuna tista’ tippartecipa darba waħda madankollu, kull viżitatur jista' jingħata aktar possibilitajiet b’massimu ta’ 5 meta jixtri xi prodotti jew servizzi mill-fiera. M’hemmx dubju li din l-opportunità ser iżid il-valur mhux bi ftit ta’ din il-fiera nazzjonali u tkun fl-istess ħin inċentiv pożittiv sabiex iżid in-negozju fi żmien il-fiera.

Is-Sinjura Anita Mifsud, Kap Eżekuttiv tal-MFCC ikkummentat: "Aħna nemmnu li din l-opportunità mogħtija lill-viżitaturi Maltin u Għawdxin hija esperjenza eċitanti, unika u possibbilment l-ewwel darba li qatt ġrat f’avveniment ta' dan it-tip. Flimkien ma’ dan, din is-sena l-fiera se jkollha raġunijiet eċċezzjonali għaliex wieħed għandu jżur. Ser jkun hemm bosta premjijiet, bħal "Ix-Xirja" mill-Gala Supermarket kull ġimgħa għal 52 ġimgħa għal kull ġurnata tal-fiera, oġġetti tad-dar, għamara u ħafna aktar. Din ser tkun attività mimlija sorpriżi grandjużi għall-familja kollha, ħafna avventuri u offerti kbar, b’opportunità għat-tfal kollha li jżuru l-fiera sabiex jieklu b’xejn la darba jidħlu qabel it-tmienja ta’ filgħaxija” ikkonkludiet Mifsud.

"ROCS dejjem kien sinonimu ma' premijiet innovattivi u dan il-kunċett ilu jberren f’moħħna għal żmien twil. Aħna kburin li se nkunu parti mill-edizzjoni ta' din is-sena fl-MFCC Malta Trade Fair ġewwa Ta’ Qali u konvinti li l-premjijiet, il-prodotti u l-livell tal-esebituri jistgħu jiġu mqabbla ma’ standards internazzjonali u b'hekk il-viżitaturi Maltin se jkollhom l-opportunità unika sabiex jesperjenzjaw din il-fiera f’kull sens tal-kelma " tenna Colin Aquilina, Kap tal-Finanzi u l-Iżvilupp fi ħdan ROCS Group.

L-MFCC Malta Trade Fair 2015 se ssir ġewwa l-MFCC Malta Trade Fair ġewwa Ta’ Qali bejn il-25 ta' Ġunju u l-5 ta’ Lulju 2015.  Aktar informazzjoni tista' tinstab fuq www.mfcc.com.mt  jew billi fuq 21410371.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook