Sessjonijiet ta' Informazzjoni għas-sidien ta' propjetà

Belair Property u Mazars se jerġgħu jagħmlu dawn is-sessjonijiet ta' informazzjoni

Wara s-suċċess li kien hemm fis-sessjoni ta' informazzjoni li kien hemm fi Frar minn Belair Property, flimkien ma' Mazars Malta- għal sidien ta' propjetà li jikru dawn il-propjetajiet tagħhom, se jergġħu jiġu ripetuti nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ġunju fil-5.30 ta' filgħaxija fil-Cavalieri Art Hotel f'San Ġiljan.

Din is-sessjoni ta' informazzjoni, li għaliha m'hemmx ħlas ta' attendenza, se jiġu trattati diversi temi relevanti għal dawn is-sidien. Għandhom jiġu indirizzati temi bħal taxxi u liċenzji meħtieġa dabiex tinkera propjetà, fost l-oħrajn. Is-sessjoni se sservi ta' tutorial għal dawk preżenti b'eżempji vera ta' xenarji differenti, bħsl per eżempju, meta jkun hemm il-VAT u r-rati neċessarji relatati, l-għażliet biex jiġi ddikjarat dħul, il-liċenzji minn naħa tal-MTA meta tinkera propjetà lil nies mux residenti Maltin eċċ.

Dawk interessati għandhom jirreġistraw billi jibgħatu email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 2011 8000 sabiex jibbukjaw post minħabba l-ammont ta' postijiet limitati.

More in Kummer?jali