DHL Express EuroCup 2015

Iktar minn 3,000 impjegat ta’ DHL Express inġabru fil-Belġju, għad-DHL Express EuroCup 2015

Iktar minn 3,000 impjegat ta’ DHL Express inġabru f’Lommel, fil-Belġju, għad-DHL Express EuroCup 2015, bejn it-22 u l-25 ta’ Mejju. Kontinġent numeruż ta’ 30 impjegat ta’ DHL Express Malta, fosthom tim tal-futbol, tim ta’ cheerleaders u supporters.

Sar tornew tal-futbol bi 48 tim minn 40 pajjiż u turnament tal-cheerleading b’27 tim. Dan kollu sar fil-faċilitajiet ta’ taħriġ ta’ SK Lommel, li għandhom xejn inqas minn 10 kampijiet ta’ futbol.

It-tim Malti tal-futbol lagħab fi Grupp H b’ħames timijiet oħra mid-Danimarka, H&G (Hubs & Gateways) ta’ Franza, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Ukrajna, li lagħbu logħbiet ta’ 30 minuta. Permess ta’ rebħa waħda kontra l-Islovakkja, it-tim Malti spiċċa fil-ħames post fil-grupp.

It-tornew tal-futbol intrebaħ minn H&G Spanja, bl-Ingilterra fit-tieni post. It-tornew taċ-cheerleading intrebaħ minn H&G Leipzig, bir-Repubblika Ċeka fit-tieni post u l-Iżvezja fit-tielet post.

L-għan ta’ dan avveniment kien biex jiġbor flimkien attivitajiet soċjali biex l-impjegati jkunu jistgħu jiltaqgħu mal-kollegi tagħhom minn madwar il-kontinent Ewropew, jibnu ħbiberiji ġodda u jerġgħu ikebbsu ħbiberiji antiki.

More in Kummer?jali