Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

L-Air Malta b'żieda fit-titjiriet din ix-xitwa

Bejn Novembru 2015 u Marzu 2016 it-titjiriet minn/lejn Malta ser jiżdiedu 
 

Staff Reporter / 27 ta' Mejju 2015 11:36
Il-linja nazzjonali Air Malta ser tkun qed iżżid it-titjiriet tagħha minn Malta fix-xitwa li ġejja. Dan għall-kontra tal-impressjoni li qed tingħata dan l-aħħar li dawn it-titjiriet kienu ser, fil-fatt jonqsu.

Fi stqarrija l-linja tal-ajru sostniet li "b'effett ta' dan ser jinġiebu aktar turisti lejn l-gżejjer tagħna waqt li nużaw inqas ajruplani. L-Air Malta taqbel mal-fatt li l-ajruplani qegħdin hemm biex jittajru, u b'opportunitajiet f'dan il-qasam, il-management fassal pjanijiet sabiex iżid is-sigħat għall-użu ta' kull ajruplan din ix-xitwa, fejn jopera bl-istess ammont ta' 4,452 titjira iżda b'seba' flok tmien ajruplani."

Dan, skont l-istqarrija, għandu jżid il-produttività tal-assi tal-Air Malta.

"Ittieħdu bosta inizzjattivi, bħalma huma l-operazzjoni ta' titjiriet mal-lejl, li ssir il-manutenzjoni mal-lejl, li jitjieb it-turnarount time tal-ajruplani, u li nbiddlu l-ħinijiet tat-tluq tat-titjiriet."

L-Air Malta sostniet li l-ajruplani jiffurmaw parti kbira mill-ispejjeż tagħha - "It-12-il ajruplan tal-Air Malta jinkrew, u kull kirja tiswa miljuni ta' Euro kull sena. Fl-aħħar ftit snin, l-Air Malta kriet żewġ ajruplani lil operaturi barranin sabiex tirkupra parti mill-ispejjeż ta' kiri tagħha."

L-Air Malta qiegħda fil-proċess ta' bini ta' bażi sostenibbli sabiex fil-futur tkun f'pożizzjoni li tkabbar ir-retikolat u l-flotta tagħha b'mod metodiku skont il-ħtiġijiet.

"L-inizjattivi kollha jridu jiġu mifgħuma fid-dawl tar-restrizzjonijiet imposti mill-Pjan ta' Ristrutturar miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea. Dan il-pjan jillimita lill-Air Malta bin-numru ta' titjiriet li tkun tista' topera fuq ċerti rotot li jrendu profitt."

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook