LIDL sponsors tal-Maratona tal-Futbol ta' Puttinu

Il-11-il edizzjoni ta' 60 siegħa ser issir bejn it-8 u l-10 ta' Mejju

Lidl, wieħed mis-supermarkets ewlenin f’Malta b’sebat iħwienet, hu l-isponsor tal-11-il edizzjoni tal-Maratona tal-Futbol ta' 60 siegħa organizzata minn Puttinu Cares li se ssir bejn it-8 u l-10 ta’ Mejju fiċ-Ċentru Sportiv tal-KMS fil-Marsa. Minbarra l-futbol, din se tkun attività ta’ tmiem il-ġimgħa ta’ gost u armonija għat-tfal bil-parteċipazzjoni ta’ buffi, jugglers u magicians fuq il-palk prinċipali.

Lidl huma kburin ħafna li huma l-isponsor ewlieni ta’ din l-inizjattiva għall-karità u tant eċċitanti għat-tfal. “Aħna onorati li Puttinu Cares għażilna bħala msieħba attivi soċjalment responsabbli. Għall-kumpanija tagħna dejjem kienet premessa indiskuttibli sabiex nappoġġjaw dawn it-tip ta’ inizjattivi għaliex aħna nemmnu bis-sħiħ li dawn l-avvenimenti huma strumentali biex joħolqu valur għall-komunità lokali u lis-soċjetà li noperaw fiha,” qal rappreżentant fil-kwartieri ġenerali ta’ Lidl Malta.

Din mhix l-ewwel darba li Lidl Malta qed tappoġġja dan l-avveniment u l-kumpanija hija mpenjata biex tattira l-attenzjoni tal-aktar numru ta' nies possibbli u biex tippromwovi dan l-istess avveniment fost il-klijenti tagħha. Din l-attività sa mill-2006 bdiet tiġi organizzata fuq livell nazzjonali bil-għan li jinġabru flus għal Puttinu Cares Support Group u biex toffri għajnuna sħiħa li tinkludi kollox għal dawk il-familji bit-tfal li jbatu mill-kanċer. Il-Maratona tal-Futbol ta’ Puttinu hija organizzata bl-appoġġ mill-ogħla membri tal-Istat li jieħdu l-opportunità li jżuru l-maratona.

Is-sena l-oħra din il-maratona ġabret kważi €1.4 miljun biex b’hekk intlaħaq l-għan tal-organizzaturi. Din is-sena l-organizzaturi qed jimmiraw li jaqbżu l-ammont tas-sena l-oħra biex jiffinanzjaw aktar appartamenti f’Sutton f'Londra.

More in Kummer?jali