L-Air Malta llum b'offertà fuq titjiriet għall-Italja

Biljetti jibdew minn €44 minn u lejn ibliet differenti fl-Italja

Wara s-suċċess tal-aħħar offerti tal-Air Malta, 'Crazy Monday' u 'Easter Specials', illum it-Tlieta 14 t'April għandek iċ-ċans li taħtaf l-opportunità u taqta' biljett għal u mill-Italja bi prezzijiet li jibdew minn €44. Din l-offertà hija disponibbli fuq id-dati bejn April sa nofs Lulju.

Ursula Silling, l-Uffiċjal Kap għall-Kummerċ tal-Air Malta stqarret li "ninstabu eċitati ferm li qed inniedu din l-offertà minn/għall-Italja. L-aktar offerti riċenti tagħna attiraw l-interess ta' eluf ta' nies li għamlu prenotazzjoni għal titjira. L-Italja hija waħda mill-ikbar swieq tagħna u ż-żewġ pajjiżi għandhom ħafna x'joffru għal min iħobb isiefer. L-offertà hija disponibbli fuq titjiriet għal u min Milan, Ruma, Venezja, Katanja - fejn noffru 66 titjira fil-ġimgħa. Ninstabu kunfidenti li din l-offertà ħa tkun ta' suċċess kbir kemm mat-Taljani kif ukoll mal-Maltin."

Il-prenotazzjonijiet jistgħu jsiru mis-sit tal-Air Malta  www.airmalta.com, mill-Uffiċju tal-Bejgħ tal-kumpanija fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jew mill call centre fuq 21662211.

 

More in Kummer?jali