L-ewwel titjira tal-Wizz Air minn Malta għall-Varsavja

Wizz Air ħa tibda' ttir nhar t'Erbgħa u nhar ta' Ħamis lejn il-Polonja minn Malta
 

Waqt iċ-ċelebrazzjoni li saret fl-okkażjoni
Waqt iċ-ċelebrazzjoni li saret fl-okkażjoni

Wizz Air ittir l-ewwel darba minn Malta lejn Varsavja, il-belt kapitali Pollakka. L-istess kumpanija tal-ajru ħa tkun qed ittir darbtejn fil-ġimgħa, nhar t'Erbgħa u nhar ta' Ħamis, mill-Ajruport Frederic Chopin ta’ Varsavja, li hu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Varsavja u l-iktar ajruport traffikuż fil-Polonja.

Il-kumpanija tal-ajru bbażata fl-Ungerija toffri aktar minn 360 rotta minn 20 bażi madwar l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u fl-2014 wettqet il-vjaġġ ta’ 15.8 miljun passiġġier.

Waqt ċerimonja li saret f'din l-okkażżjoni, il-passiġġieri ntlaqgħu minn żeffiena libsin il-kostumi tradizzjonali Maltin u ngħataw fjura, korteżija tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Kien imħejji kejk apposta  bil-għan li tkun ċelebrata din l-okkażjoni.

Il-passiġġieri ntlaqgħu minn żeffiena libsin il-kostumi tradizzjonali Maltin
Il-passiġġieri ntlaqgħu minn żeffiena libsin il-kostumi tradizzjonali Maltin

Alan Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ikkummenta li t-tnedija tar-rotta l-ġdida ta’ Wizzair għal Varsavja se tkompli ttejjeb il-konnessjonijiet u l-aċċessibbiltà lejn Malta mill-Ewropa tal-Lvant. Wizz Air kienet bdiet topera titjiriet lejn Malta fl-2013 u dawn komplew jikbru, tant li din ix-xitwa biss ġarret iktar minn 32,000 passiġġier – li jagħmilha waħda mill-aktar linji tal-ajru li qed jikbru malajr fl-iskeda ta l-ajruport.

Intant, is-Sur Paul Bugeja, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tat-Turiżmu f’Malta,  laqa’ l-espansjoni tan-netwerk ta’ Wizz Air f’Malta u feraħ lil-linja tal-ajru għas-suċċess tagħhom sabiex jiżviluppaw rotot ġodda waqt li jgħaqqdu lil Malta ma’ bliet kbar fl-Ewropa tal-Lvant.

Wizz Air diġà qed topera titjiriet diretti lejn Malta minn Sofia, Budapest Gdansk u Bucharest.

More in Kummer?jali