Vjaġġi tal-AirMalta jibdew minn €44

10,000 post li jibdew minn €44 għall-ġurnata waħda biss bl-offerta 'Crazy Mondays' tal-AirMalta

L-Air Malta nediet promozzjoni għal jum wieħed biss fejn qiegħda toffri 10,000 post li jibdew minn €44. L-offerta tapplika għan-network kollu tal-linja tal-ajru minbarra Katanja, Algiers, Djerba, għal vjaġġi bejn April u Ġunju.

Il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta, Ursula Silling qalet, "Ninsabu kuntenti li qegħdin inniedu din l-offerta. Din hija opportunità

mill-aqwa biex wieħed jibbenefika minn offerta tajba fuq 24 destinazzjoni tal-Air Malta. It-tariffa tagħna ta’ €44, li tinkludi t-titjira u

konċessjoni ta’ bagalja ta’ 20 kg, hija aktar baxxa minn xi wħud mit-tariffi tal-bagalji biss tal-kompetituri tagħna, li jridu jitħallsu flimkien

mat-tariffi tat-titjira."

Il-postijiet huma disponibbli biss mill-websajt tal-linja tal-ajru www.airmalta.com nhar it-Tnejn, 23 ta’ Marzu sa nofsillejl.Il-prezzijiet tal-biljetti huma għal direzzjoni waħda inkluż it-taxxi u t-tariffi.

Din il-promozzjoni hija disponibbli għal titjiriet lejn Amsterdam, Ateni, Berlin, Brussell, Budapest, Düsseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Ħamburg,

Londra Heathrow, Londra - Gatwick, Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi - Charles De Gaulle, Pariġi - Orly,

Praga, Ruma, Venezja, Vjenna u Zurich.

More in Kummer?jali