Baħar Jaqsam

Taħdita lingwistika

Hu fatt magħruf li l-Għawdxin jitkellmu bi djalett differenti mill-Maltin. Fid-djaletti ta’ Għawdex insibu ħafna kliem li l-Maltin ma jafuhx jew qatt ma semgħu bih. Pinuri, ħaxxem, xenxul, boqqiegħa, mejdina, smontor ... il-lista twila ġmielha. 

Ser issir taħdita dwar dawn id-differenzi fil-11 ta’ Diċembru fil-5pm fil-Common Room fl-Università ta’ Malta. F’din it-taħdita Dr Michael Spagnol u s-Sur Keith Attard se jippreżentaw ġabra mdaqqsa ta’ differenzi lessikali fit-taħdit tal-Maltin u tal-Għawdxin, jispjegaw kif ġabruhom, u jiddiskutu l-esperiment li għamlu ma’ grupp ta’ kelliema żgħażagħ Maltin u Għawdxin. 

Finalment, se jippruvaw jirrispondu l-mistoqsija: Għaliex bejn il-kliem tal-Maltin u tal-Għawdxin hemm baħar jaqsam? 

Din it-taħdita hija bbażata fuq l-istudju “Differenzi lessikali bejn il-Malti u l-Għawdxi” li jinsab f’Leħen il-Malti. L-attività qed tiġi organizzata mill-Għaqda tal-Malti tal-Università bl-għajnuna tal-GUG – L-Għaqda Universitarji Għawdxin.

More in Kummer?jali