Dwal LED b'90% inqas enerġija

Spot On Supplies f'Raħal Ġdid għal kull ħtieġa ta' dawl

Il-prodotti tad-dawl tagħna LEDs huma effiċjenti u joffru dawl mill-isbaħ, dan minħabba li d-‘diodes’ (teknoloġija tal-bozoz) huwa l-aħjar li tista' ssib fis-suq internazzjonali. Dawn joħolqu effetti ta’ dawl arkitettoniċi u dawl funzjonabbli. Għal kull ħtieġa, dawl tal-art, tal-ħajt, dawl għal ġos-suffetti, dawl ta' barra u anke tat-toroq flimkien ma' ‘tracks’ u spot lights għal showrooms u ħwienet, linef, lampi u iktar. Kollox għand Spot On Supplies ta’ Raħal Ġdid.
 
Manufatturati fl-Italja b’materjal mill-aqwa u teknoloġija avvanzata li tuża enerġija ta' 10% biss minn bozoz ordinarji kif ukoll LEDs ta' kwalità li għandhom ħajja twila ta' madwar 80,000 siegħa. L-LED huwa l-futur u aħna bħala kumpanija ninsabu kommessi li noffru lil Malta u l-Għawdex il-futur, billi noffru l-aktar għażla ta' prodotti manifatturati bl-LED fuq din il-gżira.

Manifatturat fil-Ġermanja b’teknoloġija avvanzata u bi prezz li jibda minn €14.00 kull roll ta’ 10metri tul. Wallpaper ta kwalità li huwa reżistenti għad-dawl tax-xemx, u li jista' jitnaddaf faċilment b'biċċa nidja. Għażla ta' stili, disinji u effetti sabiex kulħadd ikun liberu jagħmel id-dar tiegħu aktar sabiħa u attraenti. Wallpaper huwa ħafna aktar ideali sabiex toħloq effett ma' ħajt milli żebgħa kif kien isir fil-passat u għandu jsir f’ħafna pajjiżi oħra bħall-Ingilterra.
 
Il-materjal tal-wallpaper huwa karta apposta f’ħafna drabi manifatturata mqabbża sabiex ikun aktar effettiv u toffri dehra isbaħ ħafna aktar minn żebgħa, apparti li sservi aktar u tevita milli toqgħod tiżboh minn żmien għal żmien u jagħmillha possibli wkoll sabiex tiksi kantunieri u postijiet ohra. Wallpaper jista' jerġa' jinqala' mingħajr ma tagħmel l-ebda ħsara lil ħajt, ghax il-kolla tal-wallpaper hija bbażata fuq l-ilma u għalhekk tkun tista' tinqala' faċilment …
 
Kif jidher fir-rirtratt, il-wallpaper għamel dehra mill-isbaħ u jlibbes il-kamra.

Spot On Supplies Ltd jinsabu Triq il-Palma, Raħal Ġdid. Ċemplu fuq 21668880 jew 79817777 jew żuru s-sit www.spotonmalta.com

More in Kummer?jali