L-Air Malta żżid titjira lejn Djerba

Din se tkun it-tielet titjira fil-ġimgħa lejn il-belt Tuneżina
Din se tkun it-tielet titjira fil-ġimgħa lejn il-belt Tuneżina

L-Air Malta ħabbret li sejra żżid l-iskeda tagħha bejn Malta u Djerba b’titjira fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta li tibda mis-16 ta’ Settembru 2014. Għaldaqstant, il-linja tal-ajru Maltija sejra tibda topera tliet titjiriet fil-ġimgħa lejn/mill-belt Tuneżina kull nhar ta’ Tlieta, il-Ħamis u l-Ħadd.

Huwa u jikkummenta fuq din l-aħbar, Joe Galea, il-Viċi-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Din id-deċiżjoni ttieħdet wara żieda fid-domanda rreġistrata minn meta erġajna bdejna s-servizzi tal-ajru lejn it-Tuneżija x-xahar li għadda. Is-servizz sar popolari ħafna u ċ-ċifri tal-passiġġieri qegħdin jiżdiedu dejjem aktar.”

Galea qal ukoll li, “Iż-żieda fil-frekwenza lejn Djerba hija pass importanti ieħor fl-isforzi tagħna li nkomplu nassistu u niffaċilitaw il-vjaġġi bejn iż-żewġ pajjiżi wara li żdiedet id-domanda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja.”

More in Kummer?jali