Middlesea torganizza logħba ta’ strateġija għall-Aġenti u Brokers

Felipe Navarro minn MAPFRE Vida
Felipe Navarro minn MAPFRE Vida

Middlesea Insurance plc f’kollaborazzjoni ma’ Fundación MAPFRE organizzat logħba ta’ strateġija tan-negozju maħluqa minn MAPFRE bl-isem ta’ Business Game MAPFRE (bugaMAP).

L-attività ġiet immexxija minn Felipe Navarro minn MAPFRE Vida, li hu wkoll membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Middlesea Insurance. BugaMAP hi logħba kompjuterizzata li timita l-amministrazzjoni ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni, hekk kif tħalli lill-parteċipanti jieħdu deċiżjonijiet dwar aspetti kemm tekniċi kif ukoll finanzjarji. Din l-inizzjattiva kienet possibbli permezz tas-sinerġiji u l-esperjenza miksuba minn Middlesea wara li saret tifforma parti mill-grupp globali MAPFRE f’Lulju 2011. 

Il-Middlesea Insurance p.l.c. hi awtorizzata mill-Awtorità ta’ Malta għal Servizzi Finanzjarji biex tmexxi Negozju kemm għat-Tul u kemm Ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar Negozju ta’ Assigurazzjoni.

More in Kummer?jali