Uniformi ġdida għall-impjegati ta’ HSBC

L-impjegati ta' HSBC b'iktar għażla fejn jidħlu l-uniformijiet

Il-kollezzjoni l-ġdida ta’ uniformijiet tal-HSBC toffri lill-ħaddiema għażla wiesgħa ta’ ħwejjeġ disinjati għall-klima ta’ Malta
Il-kollezzjoni l-ġdida ta’ uniformijiet tal-HSBC toffri lill-ħaddiema għażla wiesgħa ta’ ħwejjeġ disinjati għall-klima ta’ Malta

It-850 impjegat ta’ HSBC Bank Malta se jkollhom dehra aktar professjonali u komda bl-introduzzjoni tal-kollezzjoni l-ġdida ta’ uniformijiet. Din se tipprovdi lill-impjegati għażla usa’ ta’ ħwejjeġ maħsubin apposta. 

Bi prova, l-uniformijiet diġà ntlibsu minn qabel mill-impjegati f’ċerti fergħat. Dawn jikkonsistu minn għażla wiesgħa ta’ ħwejjeġ li jkopru anki l-ħwejjeġ ta’ dawk li jaħdmu wara l-kwinti. Il-bank iddisinja l-uniformijiet apposta għal Malta, b’attenzjoni speċjali għall-kwalità tal-materjal li hi tajba għall-klima ta’ Malta. 

Iċ-Chief Operating Officer ta’ HSBC Bank Malta, Decca Fan, qalet: “Fid-disinn il-ġdid, indirizzajna l-istil, il-kwalità u l-kumdità kif ukoll li l-uniformijiet ikunu aktar adattati għat-temperaturi ta’ Malta. Numru ta’ impjegati ħadmu mill-qrib mal-fornitur tal-uniformijiet u kien hemm fażi ta’ prova li saret f’ċertu fergħat f’Malta. Smajna mill-qrib ir-rispons tal-ħaddiema biex niżguraw li l-għażla tkun l-aħjar waħda possibbli. Hu importanti li huma jidhru u jħossuhom tajjeb waqt il-ħin tax-xogħol.”

More in Kummer?jali