Anzjan ta' 79 sena huwa t-tieni vittma tal-coronavirus f'Malta

L-anzjan, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karen Grech, kellu diversi kumplikazzjonijiet tas-saħħa

Anzjan ta' 79 sena huwa t-tieni vittma tal-coronavirus f'Malta.

Ħabbar dan il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija hekk kif l-anzjan miet ftit tal-ħin ilu.

L-anzjan, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karen Grech, kellu diversi kumplikazzjonijiet tas-saħħa.

Huwa ġie ttestjat għal-Covid-19 fis-6 ta’ April wara li żviluppalu d-deni u nstab pożittiv.

L-anzjan miet fl-Isptar Karen Grech matul il-lejl.

"Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, hekk biss nistgħu nipproteġġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna," saħqet l-istqarrija.

Ilbieraħ, mietet ukoll mara ta' 92 sena f'Għawdex.

More in Kronaka