13-il persuna jinqabdu fi gruppi ta' aktar minn tlieta; Sitta jiksru l-kwarantina obbligatorja

Mindu bdew l-ispezzjonijiet diġà ngħataw 55 multa għall-ksur tal-kwarantina obbligatorja

Hekk kif fl-aħħar 24 siegħa komplew l-ispezzjonijiet mill-Pulizija 13 il-persuna ngħataw multa ta’ €100 hekk kif instabu li kienu fi gruppi ta' aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi.

Apparti minn dawn, saru 521 oħra mill-Pulizija, flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili, fejn sitt persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja.

Dawn ġew immultati €3,000 kull wieħed

Mindu bdew l-ispezzjonijiet diġà ngħataw 55 multa għall-ksur tal-kwarantina obbligatorja.

L-awtoritajiet jibqgħu jappellaw biex kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet.

More in Kronaka