11-il persuna jinstabu jgħixu fl-istess lukanda li jumejn ilu fiha nstabu joqogħdu 80 ħaddiem barrani

Din il-lukanda kienet ingħalqet b’avviż ta’ infurzar u issa saret talba biex jinqata’ d-dawl u l-ilma lil-lukanda

L-istess lukanda f’Tas-Sliema li nhar il-Ħadd li għadda nstab li fiha kienu qed jgħixu 80 ħaddiem barrani, ilbieraħ reġgħet instabet li kienet qed tilqa’ fiha 11-il persuna oħra.

Din il-lukanda kienet ingħalqet b’avviż ta’ infurzar minħabba l-istat tagħha, iżda lbieraħ, waqt spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, 11-il persuna oħra nstabu li qed jgħixu fiha.

Hu mifhum, li l-ewwel 80 ħaddiem li nstabu jgħixu fiha kienu qed jaħdmu fuq proġett lokali.

Wara dan it-tieni każ, saret talba biex jinqata’ d-dawl u l-ilma lil-lukanda.

Intant l-istabbilimenti tal-ikel jew ix-xorb komplew iħarsu r-regolamenti imposti biex jibqgħu magħluqa. B’kollox saru kważi 550 spezzjoni. 

Wieħed jista’ jirrapporta lil min jabbuża fuq 21692447 

More in Kronaka