Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn fuq dgħajsa viċin Manoel Island

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-10:00am, meta r-raġel, Ingliż ta’ 56 sena, intlemaħ fil-baħar

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq dgħajsa viċin Manoel Island.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-10:00am, meta r-raġel, Ingliż ta’ 56 sena, intlemaħ fil-baħar.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili, membri mil-Forzi Armati ta’ Malta u membri mis-Soċjetà tas-Salib Aħmar.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri mis-Soċjetà tas-Salib Aħmar, filwaqt fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. 

Aktar tard huwa ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi serji. 

Dwar dan il-każ, se tinħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka