Jeħlisha ħafif wara li waqa' bil-karozza b'kollox fil-baħar fil-Birgu

Ir-raġel laħaq ħareġ waħdu mill-karozza

Sewwieq ħelisha ħafif wara li ftit tal-ħin ilu waqa’ bil-karozza fil-baħar f'Xatt ir-Riżq, fil-Birgu

Kelliem għall-Pulizija kkonferma din l-aħbar mas-sit illum.com.mt.

Jidher li l-Pulizija waslilha r-rapport għall-ħabta tal-10:40pm u sakemm waslu fuq il-post ir-raġel kien laħaq ħareġ waħdu mill-karozza.

Ambulanza ssejħet xorta waħda fuq il-post bħala prekawzjoni.

More in Kronaka