Mara tweġġa' gravi wara li ttajret f’Santa Luċija

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u kwart, fi Triq Guljetta Lopez

Mara ta’ 53 sena residenti Ħ’Attard qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret f’Santa Luċija.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u kwart, fi Triq Guljetta Lopez.

Jirriżulta li l-mara sfat milquta minn vettura misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Wied il-Għajn.

Il-mara ttieħdet immedjatament Mater Dei għall-kura. 

Ix-xufiera wkoll ittieħdet l-isptar wara li sofriet xokk qawwi.

More in Kronaka