Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Marsa

Ix-xufier li għad għandu 28 sena ttieħed Mater Dei wara li kien qed isofri minn xokk qawwi

Raġel li l-identità tiegħu sa issa mhijiex magħrufa, tielf ħajtu matul il-lejl li għadda wara li ttajjar minn vettura fil-Marsa-Ħamrun Bypass, fil-Marsa.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsilejl neqsin kwart.

Jirriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena residenti ż-Żejtun.

Minkejja li tim mediku ssejjaħ fuq il-post, ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Ix-xufier ukoll ittieħed Mater Dei wara li kien qiegħed isofri minn xokk qawwi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka