Raġel jaqa' sular biswit il-Qanpiena tal-Assedju fil-Belt Valletta

Mhux magħruf jekk ir-raġel weġġax

Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li raġel waqa' madwar sular biswit il-Qanpiena tal-Assedju fil-Belt Valletta.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ ftit wara l-10:00am.

Il-Pulizija tad-distrett jinsabu fuq il-post u hemm ukoll ambulanza.

Mhux magħruf jekk ir-raġel weġġax.

Aktar dettalji dalwaqt.

 

More in Kronaka