Iktar minn €1.7 miljun interċettati mit-tim kontra l-ħasil tal-flus minn Ottubru 2018

Il-Unit tal-Infurzar tad-Dwana sabet ukoll żewġ brimb eżotiċi, sitt fkieren, żrinġ u kaxxa ta' insetti li kienu moħbija f'kaxxa

Fl-aħħar ftit jiem id-Dipartiment tad-Dwana, permezz tal-Unit tal-Infurzar tad-Dwana  u t-tim kontra l-ħasil tal-flus (AMLT) interċettat €85,208 mhux iddikjarati f'seba' każi separati mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. B'kollox, dan fisser li l-AMLT skopriet 'il fuq minn €1.7 miljun mill-bidu ta' Ottubru 2018.

Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-infurzar tad-dwana qabdu numru ta' annimali eżotiċi li ddaħlu fil-pajjiż illegalment f'karozza li waslet Malta minn Sqallija. Dawn l-annimali nkludew żewġ brimb eżotiċi, sitt fkieren, żrinġ u kaxxa ta' insetti. Dawn l-annimali kienu moħbija f'kaxxi. L-annimali li nstabu ngħataw lill-ERA għal iktar investigazzjonijiet.

Fl-ajruport, passiġġer li siefer minn Amsterdam lejn Malta nstab b'numru ta' kontenituri miljin bil-marijuana. Dan il-każ kien immexxi lejn l-iskwadra ta' kontra d-drogi.

More in Kronaka