Raġel armat b'sikkina jidħol jisraq minn ħanut f'Tas-Sliema

Il-ħanut jinsab fi Triq l-Imrabat

Il-Pulizija qed tfittex raġel li wettaq serqa minn ħanut f’Tas-Sliema, ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija.

Il-ħanut jinsab fi Triq l-Imrabat.

Ir-raġel kellu wiċċu mgħotti b’maktur u allegatament kien armat b’sikkina.

Fil-ħin tas-serqa, fil-ħanut kien hemm żewġ impjegati, mara ta’ 56 u oħra ta’ 36 sena.

Huwa ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-Pulizija qed tissokta bit-tfittxijiet tagħha.

More in Kronaka