Raġel jinstab mejjet fit-triq fil-Mellieħa

Jidher li l-vittma waqa' minn fuq ċint fl-istess triq u miet fuq il-post

Raġel instab mejjet ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi fi Triq il-Wied ta’ Ruman, il-Mellieħa.

Ir-raġel instam mitluqmal-art f'ammont sostanzjali ta' demm.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel, li għandu 27 sena u mill-Georgia, waqa’ minn fuq ċint li jinsab fl-istess triq. 

Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka