Filmat | Id-Dwana b'sejba rekord ta' 2,900,000 sigarett tal-kuntrabandu

Dawn kienu moħbija f'kontejner fi planki tal-injam

Uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba enormi ta’ sigaretti tal-kuntrabandu f’kontejner li kien għadu kemm wasal Malta mir—Russja fi triqtu lejn pajjiż membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

B’kollox, f’dan il-kontejner, instabu 145,000 pakkett tas-sifaretti u li fihom kien hemm xejn inqas minn 2,900,000 sigarett.

L-operazzjoni damet b’kollox 36 siegħa.

Kien iddikjarat li l-kontejner kien qiegħed iġorr planki tal-injam, iżda wara li l-kontejner ġie skenjat, l-uffiċjali ndunaw li kien hemm xi ħaġa stramba dwar il-planki kien hemm xi ħaġa srtramba.

Kien għalhekk li nfetaħ il-kontejner u bdew jinfetħu l-planku, fejn fl-ewwel grupp ta' planki nstabu 48 pakkett tas-sigaretti u minn hemm ħarġu l-bqija.

It-taxxi mhux imħallsa fuq dawn is-sigaretti jaqbeż is-€670,000.

Is-sigaretti ġew ikkonfiskati u għaddejja investigazzjoni konġunta bejn l-OLAD, il-Eurpol u l-awtoritajiet lokali u anke tal-pajjiż li kellu jkun id-destinazzjoni

More in Kronaka