Mara tinstab mejta fil-baħar viċin il-Bajja tal-Balluta

L-identità tal-persuna għadha mhux magħrufa

Dalgħodu ttella’ kadavru ta’ mara mill-baħar fil-Bajja tal-Balluta.

Kien għall-ħabta tas-7:10am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet intlemħet persuna mejta f’wiċċ il-baħar.

Il-ġisem tal-mara ttella’ minn tim mediku bl-għajnuna tal-Pulizija.

Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa’ aktar dawl fuq il-każ.

L-identità tal-persuna għadha mhux magħrufa.

More in Kronaka