Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa' f'sit ta' kostruzzjoni

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11:00pm, fi Vjal De Paule, f’Ħal Balzan

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ minn xi għoli f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11;00pm, fi Vjal De Paule, f’Ħal Balzan.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-ħaddiem kien Indjan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Mhux magħruf kemm waqa’ sulari.

Il-vittma ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali bl-għajnuna ta’ diversi esperti, filwaqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Kronaka