Sewwieq ta' mutur iweġġa' f'inċident f'Raħal Ġdid

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa, fi Triq Ħal Tarxien

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa, fi Triq Ħal Tarxien.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel li weġġa’, li għandu 56 sena u residenti ż-Żejtun, kien qed isuq mutur meta ħabat ma’ vettura misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħet ambulanza bis-sewwieq jittieħed minnufih Mater Dei.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

More in Kronaka