Żewġt irġiel l-isptar wara inċident ... wieħed minnhom fil-periklu tal-mewt

L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Dun Karm f’Birkirkara

Żewġt irġiel iddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Dun Karm f’Birkirkara, b’wieħed minnhom jinsab fil-periklu tal-mewt.

Jirriżulta li żagħżugħ ta’ 25 sena ħabat bil-karozza ma’ vettura oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena u li miegħu kien hemm raġel ta’ 46 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ ta’ 26 u lir-raġel ta’ 46 sena Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. 

Ir-raġel ta’ 25 sena ma sofra ebda ġrieħi. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta Maġisterjali. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka