Jipprova jaħrab mill-Pulizija iżda jaħbat ġo karozza pparkjata

L-investigazzjoni mill-Pulizija tad-Distrett ta’ tas-Sliema u tal-ALE għadhom għaddejjin.

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-1:45 am il-Pulizija mill-iskwadra ta’ l- Administrative Law Enforcement arrestaw raġel fi Triq Emanuele Giordano, il-Gżira.

Waqt li l-Pulizija kienu qed jsuqu fi Triq Reġjonali innutaw vettura tal-għamla Toyota tinstaq b’veloċità
 eċċessiva. Din il-vettura ġiet segwita u x-xufier intalab jieqaf iżda minflok żied il-veloċita` u pprova jaħrab. Ix-xufier, raġel ta’ 22 sena mis-Serbja, residenti l-Gżira ġie arrestat fi Triq E. Giordano wara li ħabat f’vettura li kienet ipparkjata.

Waqt tfittxija li saret fil-vettura instab basket li kien fih ammont ta’ flus kontanti. Fil-basket il-Pulizija elevat diversi pakketti li fihom kien hemm sustanza suspettata droga kokaina eroina, pilloli suspettati droga ecstasy u 17-il pakkett bi droga suspettata ħaxixa tal-kannabis.

L-investigazzjoni mill-Pulizija tad-Distrett ta’ tas-Sliema u tal-ALE għadhom għaddejjin.

More in Kronaka