76 immigrant jiddaħħlu Malta wara li ġew salvati mill-Forzi Armati

Jidher li l-immigranti telqu mil-Libja abbord id-dgħajsa fit-13 ta’ Ottubru

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Għall-ħabta tal-ħamsa, 76 immigrant se jkunu qed jiddaħħlu Malta wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Kelliema għall-Forzi Armati kkonfermat mas-sit illum.com.mt li l-immigranti ġew salvati fiż-żona ta’ Tiftix u Salvataġġ Maltija.

Jidher li l-immigranti telqu mil-Libja abbord id-dgħajsa fit-13 ta’ Ottubru.

Fost l-immigranti hemm 15-il mara, fosthom waħda tqila u anke tarbija

More in Kronaka