Sewwieq ta' mutur iweġġa' f'inċident fis-Swieqi

Is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin.

L-inċident seħħ fi Triq Sant’Andrija fis-Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur, li għandu 38 sena residenti f’Marsaskala, intlaqat minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn Ċipru.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka