Raġel iweġġa' wara li għeleb bl-iscaffolding fi knisja fil-Gżira

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:00pm, fi Triq San Albert, il-Gżira

Raġel ta’ 41 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ żewġ sulari u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi knisja.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:00pm, fi Triq San Albert, il-Gżira.

Jirriżulta li raġel waqa’ wara li għeleb bih l-iscaffolding.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka