Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f'Bormla

Il-każ seħħ fi Triq Santa Tereża għall-ħabta tas-6:00am

Anzjan ta’ 79 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tajjar kmieni dalgħodu f’Bormla.

Il-każ seħħ fi Triq Santa Tereża għall-ħabta tas-6:00am.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li l-anzjan residenti l-Birgu ttajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 37 sena mill-Kalkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. 

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka