Inċident iħalli lil raġel f'qagħda ħażina

L-inċident seħħ fi Tri Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar

Illum għall-ħabta tal-11:00 a.m il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm impatt bejn vettura tat-tip Toyota Tercel, misjuqa minn raġel ta’ 59, residenti l-Imġarr u mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 64 sena, residenti r-Rabat.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Parti mit-triq (direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar) ingħalqet għat-traffiku, filwaqt li bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta. Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka