Raġel jaqa' sular fil-Buskett matul il-lejl u jsofri minn ġrieħi gravi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10:00 p.m, il-Pulizija tal-Għassa Rabat ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li ġuvni ta’ 16-il sena residenti Naxxar kien iddaħħal l-Isptar wara inċident li seħħ fl-akkwati tal-Buskett, limiti tar-Rabat.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija, irriżulta li fil-fatt, l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 p.m meta għal xi raġuni l-ġuvni waqa` għoli ta’ madwar sular waqt kien qiegħed fuq pont. Għaldaqstant, il-ġuvni ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza għall-kura neċessarja.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka