Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa' fuqu numru ta' ħadid

Iż-żagħżugħ Libjan kien qed jaħdem f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann

Żagħżugħ ta’ 26 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuqu numru ta’ ħadid.

Iż-żagħżugħ Libjan kien qed jaħdem f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann.

Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. 

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka