Raġel akkużat li kkaġuna l-mewt ta' mara b'sewqan perikoluż

L-inċident seħħ fis-16 ta' Awwissu għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu ġewwa Triq l-Imġarr Għajnsielem

Raġel tressaq il-Qorti ta’ Għawdex akkużat li b’sewqan traskurat u perikoluż ikkaġuna l-mewt ta’ mara ta’ 41 sena.

Dan l-inċident seħħ nhar is-16 ta’ Awwissu għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu ġewwa Triq l-Imġarr Għajnsielem.

Ir-raġel Norveġiż ta’ 43 sena, residenti Kerċemqed ikun akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Amerikan ta’ 47 sena residenti s- Swieqi, fuq Ġermaniż ta’ 51 sena residenti x-Xagħra Għawdex u fuq żewġ subien ta’ 9 snin u 14-il sena residenti n-Nadur Għawdex.

Akkużat ukoll talli kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq mara mill-Kanada ta’ 45 sena, fuq tifel ta’ 12-il sena u fuq raġel ta’ 36 sena residenti n-Nadur Għawdex.

Apparti minn hekk, jinsab akkużat ukoll li saq taħt l-effett tax-xorb, u talli qabeż il-limitu ta’ veloċita’ kif tippermetti l-ligi u talli kkawża ħsarat fuq vettura oħra għad-danni ta’ terza persuna. 

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. 

More in Kronaka