Immigranti jipprotestaw fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Safi

Fuq il-post kellhom jissejħu l-Pulizija u anke l-Forzi Armati bis-sitwazzjoni tikkalma wara ftit

Jidher li lbieraħ filgħaxija xi immigranti residenti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi pprotestaw tant li kellhom jissejħu kemm il-Pulizija u anke l-Forzi Armati.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit li l-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30pm iżda s-sitwazzjoni malajr ikkalmat u ġiet lura għan-normal.

Minkejja l-protesti, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Skont persuni li tkellmu ma’ TVM, l-immigranti li pprostestaw kienu dawk li waslu Malta fl-aħħar jiem abbord il-bastiment Ocean Viking.

Jidher li huma bdew jitolbu għal-libertà.

More in Kronaka