Jinstab raġel mejjet f'karozza ħdejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta

Infetħet inkjesta dwar il-każ li seħħ dalgħodu

Raġel, x'aktarx barrani, għadu kif instab mejjet f'karozza viċin iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, ikkonfermaw mal-illum.com.mt il-Pulizija. Ir-raġel ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-pulizija jgħidu lil dan is-sit illi l-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa. 

(Dan l-artiklu se jkun aġġornat)

More in Kronaka