Żagħżugħ ta' 21 sena itir minn fuq il-mutur ... jittieħed l-isptar

Żagħżugħ mill-Fgura jispiċċa l-isptar wara inċident fi Triq Aldo Moro

Il-mutur li kien involut fl-inċident
Il-mutur li kien involut fl-inċident

Għall-ħabta tas-6:30 p.m tal-lejla seħħ inċident illi fih żagħżugħ ta' 21 sena mill-Fgura tar minn fuq il-mutur li kien qed isuq wara illi jidher li ħabat ma' central strip. L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. 

Ambulanza ġiet fuq il-post ftit wara biex ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.

Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

 

More in Kronaka