Anzjan ta' 81 sena bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fl-Imsida

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Raġel ta' 81 sena mill-Imsida qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa' milqut minn vettura.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:20 am,  fi Triq Ix-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 81 sena residenti l-Imsida safa’ milqut minn vettura ta’  misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Gudja.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 81 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka