2,900 sigarett tal-kuntrabandu kkonfiskati minn ħanut f’Raħal Ġdid

Ir-rejd sar wara xhur ta’ investigazzjoni u sorveljanza li ntemmew ilbieraħ bi spezzjoni fuq ħanut u anke l-vetturi tas-sid

Uffiċjali tad-Dwana kmieni lbieraħ filgħodu, ikkonfiskaw 2,900 sigarett tal-kuntrabandu minn ħanut f’Raħal Ġdid.

Ir-rejd sar wara xhur ta’ investigazzjoni u sorveljanza li ntemmew ilbieraħ bi spezzjoni fuq ħanut u anke l-vetturi tas-sid.

Xejn inqas minn 2,900 sigarett ġew elevati.

Il-bejgħ jew il-konsum ta’ sigaretti tal-kuntrabandu jista’ jweħħlek multa ta’ €1,500, bil-penali tal-Qorti jvarjaw bejn it-€3,500 u l-€25,000.

More in Kronaka