Żagħżugħ ta' 19-il sena bi ġrieħi gravi wara ħabta f'Ħad-Dingli

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Żagħżugħ ta' 19-il sena mill-Mosta qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta f'Ħad-Dingli.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:30 a.ħm fi Triq il-Merill, Ħad-Dingli.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur misjuq minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Mosta u vettura misjuqa minn raġel ta’ 51 sena, residenti Ħad-Dingli.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka