Imut iż-żagħżugħ li kien ħabat rasu ma dgħajsa f'San Ġiljan

L-inċident kien seħħ fis-17 ta' Awwissu

Miet iż-żagħżugħ ta' 24 sena li kien qabeż u ħabat rasu ma dgħajsa fil-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan.

L-inċident kien seħħ fis-17 ta' Awwissu meta ż-żagħżugħ Franċiż kien qabeż minn fuq dgħajsa u spiċċa biex ħabat rasu magħha stess.

Huwa kien ilu minn dakinhar jissielet għal ħajtu f'Mater Dei.

More in Kronaka