Aġġornata | Jitilgħu għal 162 l-immigranti salvati mill-Forzi Armati u li se jiddaħħlu Malta

Dan se jkun it-tieni grupp ta' immigranti li ddaħħal Malta fl-aħħar jiem

Ritratt | Mill-Arkivji
Ritratt | Mill-Arkivji

Il-Forzi Armati ta' Malta salvaw 162 immigrant u kollha kemm huma ddaħħlu Malta.

Kelliema għall-Forzi Armati ta' Malta kkonfermat ma' dan is-sit li l-immigranti ġew salvati waqt żewġ operazzjonijiet ta' salvataġġ fl-ibħra territorjali Maltin.

Huma se jiddaħħlu Malta għall-ħabta tal-4:00pm. Intant, għall-ħabta tat-8:00pm, iddaħħlu 89 persuna oħra li ġew salvati ftit tal-ħin wara.

L-aħħar li ddaħħlu immigranti f'Malta kien jumejn ilu meta wara aktar minn 20 ġurnata ġiet solvuta l-kriżi li nħolqot bil-bastiment Ocean Viking.

Abbord dan il-bastiment kien hemm 356 immigrant, bil-Gvern jisħaq li dawn se jkunu mqassma f'pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropea.

More in Kronaka