Jitlef il-kontroll tal-mutur u jidħol f'karrozza pparkjata

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar bil-passiġġiera ssofri ġrieħi gravi

Passiġġiera żagħżugħa fuq mutur qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:00pm fi Triq Elija Zammit f'San Ġiljan.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li s-sewwieq ta' mutur, raġel ta' 36 mill-Furjana, tilef il-kontroll u ħabat ma' vettura pparkjata.

Kemm is-sewwieq u anke t-tfajla ddaħħlu Mater Dei.

Filwaqt li t-tfajla qed issofri minn ġrieħi gravi, is-sewwieq sofra biss ġrieħi ħfief.

More in Kronaka