Aċċident bejn mutur u karozza f'Għajnsielem

Kelliem għall-Pulizija qal mas-sit illum.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.35 pm.

Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija seħħet ħabta bejn mutur u karozza f'Għajnsielem.

Kelliem għall-Pulizija qal mas-sit illum.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.35 pm.

Jidher li inizjalment l-impatt seħħ bejn karozza misjuqa minn raġel ta' 59 sena mix-Xagħra u mutur misjuq minn raġel ta' 45 sena mir-Rabat. Kaġun tal-ħabta ntlaqtu wkoll żewġ karozzi oħra li kienu pparkjati.

Fuq il-post hemm ambulanza, il-kundizzjoni ta' dawk involuti fl-aċċident għadha mhux magħrufa.

More in Kronaka